Aħbarijiet dwar il-Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli

 Djarju tal-avvenimenti | Aħbarijiet | Irreġistra ħalli tirċievi din in-newsletter elettronika


Regions202020 logo ENESCOM logo Come2CoM logo CITY_SEC logo Energy for Mayors logo
logo enescom 150hn

L-Identità tal-Enerġija tal-Komunitajiet

Awtur : Cristiano BOTTONE, ENESCOM Communications Officer, Italy -

Traduttur: Ivan GRECH, ENESCOM, Malta -

ENESCOM Project participants at the Kick-off Meeting in Monteveglio (Italy) 

Il-parteċipanti tal-proġett ENESCOM fil-laqgħa tal-ftuħ ta’ Monteveglio (l-Italja)

L-għan tal-proġett ENESCOM huwa li jagħti appoġġ lil 70 Muniċipalità ġdida sabiex jissieħbu mal-Konvenzjoni tas-Sindki, u li jiffaċilita l-adozzjoni ta’ Pjanijiet ta’ Azzjoni tal-Enerġija Sostenibbli (PAES) f’dawn il-muniċipalitajiet. Dan għandu jiżgura li d-drawwiet tal-konsum tal-enerġija tal-komunitajiet ikkonċernati jsiru iżjed effiċjenti u sostenibbli

Il-grupp ENESCOM, iffurmat minn 14-il parteċipant fl-UE, għandu jaħdem sabiex jintlaħqu r-riżultati li ġejjin:

  • Rapporti komuni dwar il-konsum tal-enerġija, emissjonijiet ta' CO2 u ħtiġijiet/ potenzjalitajiet, pjanijiet u regolamenti lokali, teknoloġiji enerġetiċi u prattiċi tajbin f’20 reġjun tal-UE.    

    Dan għandu jiżgura li l-uffiċjali pubbliċi u l-partijiet interessati jkollhom aċċess għal informazzjoni solida u ċara li fuqha jkunu jistgħu jibbażaw il-pjanijiet tagħhom għal azzjoni fil-ġejjieni.
  • Tnedija ta’ uffiċini tal-informazzjoni tal-enerġija lokali u reġjonali (punti tal-informazzjoni): l-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ, it-tixrid ta' informazzjoni u l-organizzazzjoni ta' attivitajiet ħalli jikber l-għarfien

    Billi tiġi kkombinata l-offerta regolari ta’ informazzjoni ma’ attivitajiet ta’ taħriġ u ta’ tkabbir tal-għarfien, il-proġett għandu jipprovdi lill-komunitajiet lokali bl-għodod meħtieġa sabiex jiġi żviluppat atteġġjament kulturali xieraq lejn kwistjonijiet bħat-tnaqqis tal-emissjonijiet u attività tal-bniedem sostenibbli.
  • Tnedija ta’ miżuri ta’ enerġija sostenibbli f’kull reġjun imsieħeb.

    Permezz tal-elaborazzjoni tal-PAES, il-proġett ENESCOM għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni kif suppost ta’ politika tal-mitigazzjoni tal-emissjoni u l-iżvilupp ta’ enerġija sostenibbli.

L-organizzazzjoni mill-ġdid tal-komunitajiet lokali tagħna f’termini ta’ enerġija għandu jkollha tabilħaqq irwol ċentrali fil-proċess li għaddej sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u jintlaħqu produzzjoni u konsum ta’ enerġija sostenibbli. Ma hemm l-ebda dubju dwar l-importanza u r-rilevanza ta’ azzjonijiet fuq livell lokali fil-produzzjoni ta’ riżultati sinifikattivi f’dan il-qasam. Qegħdin nitkellmu dwar sfida kumplessa, waħda li inevitabbilment tibda bl-għarfien: l-għarfien tal-komunità tal-identità tagħha stess, f’termini enerġetiċi. X’inhu l-karattru tal-użu tagħna tal-enerġija? Kif nikkunsmaw? Kemm? U b’liema konsegwenzi?

L-ewwel mira tal-ENESCOM, f’ordni kronoloġiku, hija d-definizzjoni tal-identità tal-enerġija ta’ dawk il-komunitajiet ikkonċernati bil-proġett. L-individwazzjoni ta’ metodoloġija adegwata li tista’ faċilment tiġi ttrasferita lil komunitajiet oħra, kif ukoll li tipproduċi riżultati komparabbli għad-definizzjoni tal-identità tal-enerġija ta’ komunità, hija biċċa xogħol ewlenija. Fil-fatt, id-diffikultà li tiġi indirizzata sfida bħal din tikkostitwixxi tassew wieħed mill-ikbar valuri tal-proġetti multilaterali – opportunità prezzjuża sabiex tiġi analizzata l-kumplessità ta’ din is-sistema vasta li nsejħu Ewropa.

Id-definizzjoni ta’ identità tal-enerġija – ‘inventarju tal-linja bażi tal-enerġija’ – hija punt fundamentali minn fejn wieħed jibda għat-twaqqif u l-implimentazzjoni ta’ punti ta’ informazzjoni, programmi ta’ taħriġ, attivitajiet ta’ tkabbir tal-għarfien, l-involviment tal-partijiet interessati, pjanijiet ta’ azzjoni u tnaqqis ta’ emissjoni f’komunità.

Riċerka preliminari u konfrontazzjoni informali fost l-imsieħba skoprew li l-gvernijiet lokali ta’ spiss ma jkollhomx l-informazzjoni meħtieġa sabiex jippjanaw azzjonijiet effettivi. Fil-ftit xhur li ġejjin, l-imsieħba kollha se jkunu impenjati bil-ġbir ta' dejta meħtieġa fl-oqsma rispettivi tal-kapaċitajiet tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tinġabar u tiġi ttrattata, sabiex tifforma l-bażi tal-fażijiet li ġejjin tal-ENESCOM u dejtabejż siewi għall-amministrazzjonijiet u l-partijiet interessati.

Id-dejta miġbura, għandha tippermetti t-tħejjija tal-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-Enerġija Sostenibbli rekwiżiti mill-Konvenzjoni tas-Sindki: għal darb’oħra, sfida sinifikanti, b’mod speċjali fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja attwali, li qiegħda tagħmilha iżjed diffiċli għall-gvernijiet lokali li jiġbru fondi għal proġetti tal-enerġija sostenibbli bħal dawn. 

Qegħdin nipprevedu l-ħtieġa għal approċċ kreattiv ħafna sabiex jiġu definiti mogħdijiet effettivi – u finanzjarjament sostenibbli – għal azzjoni lokali.