
Aħbarijiet dwar il-Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli
Ħarġa 1
Ħarifa 2010
Artikoli [1 MT]
Ħames Proġetti ġodda tal-Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli EIE
Enerġija għas-Sindki li tiffoka fuq Strutturi ta’ Appoġġ
ENESCOM – L-Identità tal-Enerġija tal-Komunitajiet
come2CoM li jaqsam strateġiji ta’ enerġija sostenibbli urbana
Il-promozzjoni tal-Konvenzjoni tas-Sindki
Växjö - “L-Aktar Belt Ekoloġika” tista’ tikseb riżultati aħjar!
Il-Belt_SEC li tappoġġja l-muniċipalitajiet tal-Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli
ENNEREG "Reġjuni 202020"
It-tħejjija tat-triq għal Ewropa b’Enerġija Sostenibbli
Ikkuntrattar tal-Prestazzjoni Enerġetika f’Middelfart, id-Danimarka
Ħames Proġett ġodda tal-Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli (KES) tal-Enerġija Intelliġenti-Ewropa
Awtur : Katy HALL, ENNEREG Communications Officer, CPL Scientific Publishing Services Ltd, United Kingdom -
Traduttur: Ivan GRECH, ENESCOM, Malta -
F’Mejju tal-2010, ħames proġetti tal-Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli (KES) tal-Enerġija Intelliġenti-Ewropa (EIE) ingħaqdu flimkien sabiex ixerrdu l-aħbarijiet u informazzjoni dwar azzjoni lokali innovattiva li tista’ tispira lill-ibliet u r-reġjuni sabiex jilħqu l-miri tal-UE għall-2020 dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija rinnovabbli.
Il-ħames proġetti - ENNEREG, Energy for Mayors, City_SEC, come2CoM u ENESCOM, li jirrappreżentaw iżjed minn 100 komunità madwar l-Ewropa, qegħdin jipproduċu din in-newsletter konġunta f’diversi lingwi Ewropej sabiex tintbagħat lil eluf ta’ atturi tal-enerġija sostenibbli
5 proġetti tal-komunitajiet tal-enerġija sostenibbli li jirrappreżentaw iżjed minn 100 komunità tal-UE qegħdin jingħaqdu
Il-proġetti għandhom l-għan komuni li juru kif il-Komunitajiet jistgħu jkunu forza propulsiva ewlenija fit-twettiq tal-miri li jirrigwardaw il-klima u l-enerġija 20-20-20 tal-UE ta’ mill-inqas 20% ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, żieda ta’ 20% fl-effiċjenza enerġetika u 20% ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli sal-2020 [1].
Dawn il-miri għandhom jintlaħqu billi jiġu appoġġjati l-partijiet interessati lokali u reġjonali fl-iżvilupp tal-Pjanijiet t’Azzjoni u l-Proġetti tal-Enerġija Sostenibbli (PAES) u (PES) rispettivament, billi jinkoraġġixxu u jappoġġjaw il-komunitajiet sabiex jiffirmaw il-Konvenzjoni tas-Sindki (www.eumayors.eu) u billi jkun hemm skambju ta’ esperjenzi sabiex jiġi żgurat li l-prattika t-tajba tiġi replikata madwar l-Unjoni Ewropea.
L-ewwel ħarġa tan-Newsletter tintroduċi l-proġetti u tippreżenta xi wħud mill-attivitajiet tal-bidu tal-ħames proġetti.
Din in-newsletter tinsab fuq il-websajt tar-Reġjuni 202020 fejn inti għandek issib ukoll Djarju tal-avvenimenti.
Sabiex tirreġistra ħalli tirċievi din in-newsletter u informazzjoni oħra dwar l-attivitajiet u l-avvenimenti dwar il-Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli mur fuq: www.regions202020.eu/register-en
[1] miri 20-20-20 tal-UE: serje ta’ miri impenjattivi li jirrigwardaw il-klima u l-enerġija li għandhom jintlaħqu sal-2020, kif ġej: mill-inqas 20% ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE; 20% tal-konsum enerġetiku tal-UE li għandu jiġi minn sorsi rinnovabbli; tnaqqis ta’ 20% fl-użu tal-enerġija primarja meta mqabbel mal-livelli proġettati, li għandu jintlaħaq permezz tat-titjib tal-effiċjenza enerġetika. Ara: ec.europa.eu/climateaction/