Aħbarijiet dwar il-Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli
F’Mejju 2010, ħames proġetti tal-Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli (KES) tal-Enerġija Intelliġenti – Ewropa (EIE) ingħaqdu sabiex ixerrdu aħbarijiet u informazzjoni dwar azzjoni lokali innovattiva li tista’ tispira l-ibliet u r-reġjuni sabiex jilħqu l-miri tal-UE għall-2020 dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija rinnovabbli.
Il-ħames proġetti - ENNEREG, Enerġija għas-Sindki (Energy for Mayors), Belt_KES (City_SEC), come2CoM u ENESCOM, li jirrappreżentaw iżjed minn 100 komunità madwar l-Ewropa, qegħdin jipproduċu din in-newsletter konġunta f’diversi lingwi Ewropej sabiex tintbagħat lil eluf ta’ atturi tal-enerġija sostenibbli.
Preface
Billi iżjed minn 70% tal-popolazzjoni tgħix fiż-żoni urbani, l-ibliet u l-irħula jużaw ammonti kbar ħafna ta’ enerġija. Fid-dawl tal-isfidi enerġetiċi enormi li qiegħda tħabbat wiċċha magħhom l-Ewropa, l-Unjoni Ewropea (UE) irrikonoxxiet l-importanza tal-inizjattivi lokali u reġjonali sabiex jitnaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet ta’ CO2 kif ukoll jiżdied l-użu tal-enerġija rinnovabbli.
L-inizjattiva ewlenija Konvenzjoni tas-Sindki tnidiet mill-Kummissjoni Ewropea sabiex toffri lill-awtoritajiet pubbliċi risposta demokratika għall-bdil fil-klima u tipprovdi pjattaforma għal skambju u kollaborazzjoni. Il-Programm tal-Enerġija Intelliġenti-Ewropa (EIE) joffri appoġġ tekniku lill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-finanzjament tal-portal ManagEnergy li tnieda mill-ġdid dan l-aħħar, kif ukoll tal-proġetti tal-EIE; il-proġetti tal-Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli li jidhru f’din in-Newsletter ġew finanzjati taħt is-sejħa tal-2009 u huma mmirati b’mod speċifiku sabiex jgħinu l-komunitajiet ikunu, jew isiru, membri tal-Konvenzjoni tas-Sindki.
Ħames Proġett ġodda tal-Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli (KES) tal-Enerġija Intelliġenti-Ewropa
F’Mejju tal-2010, ħames proġetti tal-Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli (KES) tal-Enerġija Intelliġenti-Ewropa ngħaqdu flimkien sabiex ixerrdu l-aħbarijiet u informazzjoni dwar azzjoni lokali innovattiva li tista’ tispira l-ibliet u r-reġjuni sabiex jilħqu l-miri tal-UE għall-2020 dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija rinnovabbli.
Il-ħames proġetti - ENNEREG, Energy for Mayors, City_SEC, come2CoM u ENESCOM, li jirrappreżentaw iżjed minn 100 komunità madwar l-Ewropa, qegħdin jipproduċu din in-newsletter konġunta f’diversi lingwi Ewropej sabiex tintbagħat lil eluf ta’ atturi tal-enerġija sostenibbli.
Enerġija għas-Sindki li tiffoka fuq Strutturi ta’ Appoġġ
Il-proġett Enerġija għas-Sindki huwa, b’mod uniku, l-ewwel proġett kofinanzjat tal-EIE li jindirizza b’mod espliċitu l-Istrutturi ta’ Appoġġ (StA) tal-Konvenzjoni tas-Sindki (KtS) kif ukoll l-ibliet u l-irħula mal-Ewropa kollha. L-għan ewlieni tiegħu huwa li jappoġġja l-iżvilupp ta’ iżjed komunitajiet ta’ enerġija sostenibbli madwar l-Ewropa, billi jkun ta' gwida għal numru ta' bliet u rħula, kif ukoll għall-Istrutturi ta' Appoġġ.
L-Identità tal-Enerġija tal-Komunitajiet
L-għan tal-proġett ENESCOM huwa li jagħti appoġġ lil 70 Muniċipalità ġdida sabiex jissieħbu mal-Konvenzjoni tas-Sindki, u li jiffaċilita l-adozzjoni ta’ Pjanijiet ta’ Azzjoni tal-Enerġija Sostenibbli (PAES) f’dawn il-muniċipalitajiet. Dan għandu jiżgura li d-drawwiet tal-konsum tal-enerġija tal-komunitajiet ikkonċernati jsiru iżjed effiċjenti u sostenibbli.
come2CoM – Il-qsim tal-istrateġiji tal-enerġija sostenibbli urbana – il-promozzjoni tal-Konvenzjoni tas-Sindki
Il-promozzjoni tal-Konvenzjoni tas-Sindki
L-għan ta’ come2CoM huwa li jikkontribwixxi fl-implimentazzjoni b’suċċess tal-inizjattiva Ewropea, il-Konvenzjoni tas-Sindki. Għandna nilħqu dan il-għan billi nappoġġjaw lill-ibliet u l-awtoritajiet lokali fil-pajjiżi tal-konsorzju msieħeb sabiex isiru membri tal-“Konvenzjoni tas-Sindki” u jiġu elaborati l-Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli (PAES) mitluba.
Bħala l-ewwel pass, l-imsieħba fil-proġett li jikkonsistu fi 12-il aġenzija tal-enerġija, aġenzija ta’ konsultazzjoni dwar l-enerġija u istitut tal-enerġija impenjati, minn 11-il pajjiż membru tal-UE għandhom l-għan li jniedu kampanja promozzjonali sabiex jinfurmaw lill-ibliet u l-awtoritajiet lokali dwar il-Konvenzjoni tas-Sindki u jikkonvinċuhom li jkunu minn ta’ quddiem fil-mitigazzjoni tat-tibdil tal-klima.
L-“Aktar Belt Ekoloġika” tista’ tikseb riżultati aħjar! Eżempju ta’ Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli minn Växjö, l-Isvezja
Il-promozzjoni tal-Konvenzjoni tas-Sindki permezz tal-offerta ta’ appoġġ fl-iżvilupp ta’ Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli hija l-aspett ewlieni tal-proġett come2CoM. F’intervista ma’ come2CoM, Henrik Johansson, il-Kontrollur Ambjentali minn Växjö, l-Isvezja juri l-importanza tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Enerġija fil-ġlieda kontra t-tibdil tal-klima.
Växjö “L-Aktar Belt Ekoloġika tal-Ewropa”. Ritratt użat bil-permess ta’ Henrik Josephson, Belt ta’ Växjö
Żvilupp Reġjonali u Aġenziji tal-Enerġija li jappoġġjaw il-muniċipalitajiet tal-Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli (KES) sabiex b’mod konġunt isiru atturi attivi fl-enerġija fl-Ewropa.
Il-proġett Belt_KES joriġina mill-ħtieġa komuni li dawk li jwettqu l-politika f’livell lokali u reġjonali jkunu appoġġjati sabiex jingħaqdu mal-Konvenzjoni tas-Sindki u jilħqu l-għanijiet tagħha, b’mod partikolari, f’dawk ir-reġjuni fejn hemm ftit muniċipalitajiet li huma firmatarji.
L-għan ta’ Belt_KES huwa li twettaq valutazzjoni tal-linja bażi tal-enerġija u tiżviluppa Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli (PAES) għal 44 muniċipalità, sabiex b’hekk tgħinhom isiru Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli. L-44 muniċipalità involuti għandhom jiġu appoġġjati mill-Konsorzju tal-proġett sabiex jiffirmaw l-inizjattiva tal-Konvenzjoni tas-Sindki (KtS) u jiżviluppaw azzjonijiet li jmorru lil hinn mill-miri tal-enerġija 20-20-20 tal-UE.
ENNEREG "Reġjuni 202020"
ENNEREG - Reġjuni 202020 li jħejju t-triq għal Ewropa b’Enerġija Sostenibbli
L-għan tar-Reġjuni ENNEREG li jħejju t-triq għal Ewropa b’Enerġija Sostenibbli huwa li tistabbilixxi u tispira netwerk ta’ reġjuni madwar l-Ewropa kollha – Reġjuni 202020 – sabiex jiġu prodotti Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli (PAES) reġjonali u jiġu implimentati Proġetti ta’ Enerġija Sostenibbli (PES).
F’Mejju tal-2010, 12-il “Pijunier” tal-ENNEREG bdew il-vjaġġ tagħhom sabiex isiru Reġjuni b’Enerġija Sostenibbli. Dawn ir-Reġjuni ENNEREG, li jvarjaw minn gżejjer fil-Greċja u l-Portugall sa Wales kollu, se jwettqu żvilupp u implimentazzjoni PAES u PES, bl-iskambju ta’ esperjenzi u tagħlim li jkunu nkisbu fil-proċess.
Ikkuntrattar tal-prestazzjoni enerġetika b’garanziji ekoloġiċi f’Middelfart, id-Danimarka
Fl-2009, il-Muniċipalità ta’ Middlefart, id-Danimarka, tat ħarsa lejn il-konsum enerġetiku u l-impatt ambjentali tagħha. Irrealizzaw li kien hemm potenzjal kbir ħafna għal tnaqqis fil-konsum enerġetiku u fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2..
Dan il-vidjow fuq YouTube jispjega kif Schneider Electric għenet lill-Muniċipalità ta’ Middlefart ittejjeb il-faċilitajiet tagħha u sabiex tiffinanzja t-titjib & l-investimenti permezz ta’ tfaddil iggarantit mit-tnaqqis tal-konsum enerġetiku.
Trid titgħallem minn min huwa l-aqwa? Aħna wkoll!
It-tagħlim miksub mit-12-il Reġjun Pijunier ENNEREG għandu jiġi kkombinat mal-għarfien minn reġjuni oħra li diġà qegħdin jiżviluppaw u jimplimentaw il-PEAS u l-PES. Dawn il-pijunieri se jiskambjaw esperjenzi u għandhom jispiraw, jiggwidaw u jappoġġjaw ir-replikazzjoni madwar l-Ewropa kollha permezz tan-Netwerk tar-Reġjuni 202020.